15.2.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 45/47
Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Diċembru 2013 — ZZ vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-126/13)
2014/C 45/89
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: ZZ (rappreżentant: É. Boigelot, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża
Annullament tad-Deċiżjoni tal-PMO li l-allowances tal-familja jitħallsu direttament lill-omm tat-tifla tar-rikorrent, b’effett retroattiv mill-1 ta’ Ottubru 2012.
Talbiet tar-rikorrent
—
Jannulla d-Deċiżjoni tal-21 ta’ Mejju 2013 li biha l-PMO informa lir-rikorrent bid-deċiżjoni tiegħu li jħallas direttament lil omm bintu minuri l-allowances tal-familja, inklużi l-allowance tad-dar, l-allowance għall-ulied dipendenti u l-allowance tal-iskola, u dan b’mod retroattiv mill-1 ta’ Ottubru 2012;
—
jannulla d-deċiżjoni adottata fit-23 ta’ Settembru 2013 li tiċħad l-ilment tar-rikorrent;
—
jikkundanna lill-Kummissjoni għall-ħlas lir-rikorrent tat-totalità tal-ammonti dovuti abbażi tal-allowances tal-familja miżmuma indebitament mill-1 ta’ Ottubru 2012 sad-data tal-eżekuzzjoni tas-sentenza li għandha tingħata, flimkien mal-interessi għad-dewmien ikkalkolati bir-rata ta’ 4 % fis-sena mill-1 ta’ Ottubru 2012 sad-data tal-ħlas sħiħ;
—
tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy