15.6.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 198/32
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ April 2015 – Bank of Industry and Mine vs Il-Kunsill
(Kawża T-10/13) (1)
((“Politika barranija u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda kontra l-Iran bil-għan li tiġi evitata l-proliferazzjoni nukleari - Iffriżar ta’ fondi - Rikors għal annullament - Terminu tar-rikors - Ammissibbiltà - Eċċezzjoni ta’ illegalità - Żball ta’ liġi - Proporzjonalità - Dritt għall-proprjetà - Kompetenza tal-Kunsill - Obbligu ta’ motivazzjoni - Drittijiet tad-difiża - Reviżjoni tal-miżuri restrittivi adottati - Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva - Żball ta’ evalwazzjoni”))
(2015/C 198/42)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Bank of Industry and Mine (Tehran, Iran) (rappreżentanti: E. Glaser u S. Perrotet, avukati)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: V. Piessevaux u M. Bishop, aġenti)
Suġġett
Minn naħa, talba għall-annullament parzjali tal-Artikolu 1(8) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/635/PESK, tal-15 ta’ Ottubru 2012, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 282, p. 58), u, min-naħa l-oħra, talba għall-annullament tad-Deċiżjoni 2012/635, tar-Regolament ta’ Implementazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 945/2012, tal-15 ta’ Ottubru 2012, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 267/2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 282, p. 16), u tad-Deċiżjoni kkomunikata bl-ittra tal-Kunsill tal-14 ta’ Marzu 2014, sa fejn hija kkonċernata r-reġistrazzjoni ta’ isem ir-rikorrenti fl-Anness II tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK, tas-26 ta’ Lulju 2010, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK (ĠU L 195, p. 39), u fl-Anness IX tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012, tat-23 ta’ Marzu 2012, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 961/2010 (ĠU L 88, p. 1).
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Bank of Industry and Mine hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 79, 16.03.2013.
Full & Egal Universal Law Academy