3.11.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 388/13
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Settembru 2014 – Tegometall International vs UASI – Irega (MEGO)
(Kawża T-11/13) (1)
([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark Komunitarja verbali MEGO - Raġuni relattiva għal rifjut - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni preċedenti - Assenza ta’ awtorità ta’ res judicata”])
2014/C 388/15
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Tegometall International AG (Lengwil, l-Isvizzera) (rappreżentanti: H. Timmann u E. Schaper, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: D. Walicka, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Irega AG (Zuchwil, l-Isvizzera)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-Deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tal-25 ta’ Ottubru 2012 (Każ R 1522/2011-1), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Tegometall International AG u Irega AG.
Dispożittiv
1)
Id-Deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tal-25 ta’ Ottubru 2012 (Każ R 1522/2011-1) hija annullata.
2)
L-UASI għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess kif ukoll dawk sostnuti minn Tegometall International AG quddiem il-Qorti Ġenerali kif ukoll quddiem il-Bord tal-Appell.
(1) ĠU C 55, 23.02.2013.
Full & Egal Universal Law Academy