2.2.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 34/34
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Diċembru 2014 – Sherwin-Williams Sweden vs UASI – Akzo Nobel Coatings International (ARTI)
(Kawża T-12/13) (1)
([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja ARTI - Trade mark Benelux verbali preċedenti ARTITUDE u reġistrazzjoni internazzjonali tat-trade mark Benelux preċedenti ARTITUDE - Reġistrazzjoni rrifjutata - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Xebh tas-sinjali - Prodotti identiċi u jixxiebhu ħafa - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])
(2015/C 034/38)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Sherwin-Williams Sweden AB (Märsta, l-Isvezja) (rappreżentant: L.-E. Ström, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: J. Crespo Carrillo, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Akzo Nobel Coatings International BV (Arnhem, il-Pajjiżi l-Baxxi)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tat-18 ta’ Ottubru 2012 (Każ R 2085/2011-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Akzo Nobel Coatings International BV u Sherwin-Williams Sweden Group AB.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Sherwin-Williams Sweden AB hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 86, 23.3.2013.
Full & Egal Universal Law Academy