25.8.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 282/32
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Ġunju 2014 – Marcuccio vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-20/13 P) (1)
([“Appell - Servizz pubbliku - Uffiċjali - Pensjonijiet u allowance ta’ invalidità - Irtirar mhux volontarju minħabba invalidità - Kummissjoni tal-invalidità - Kompożizzjoni - Nomina tat-tobba - Nuqqas tal-uffiċjal ikkonċernat li jinnomina t-tieni tabib - Nomina tat-tieni tabib mill-President tal-Qorti tal-Ġustizzja - Nomina tat-tielet tabib fi ftehim komuni tal-ewwel u tat-tieni tobba nnominati - Artikolu 7 tal-Anness II tar-Regolamenti tal-Persunal - Ċaħda tar-rikors fl-ewwel istanza wara rinviju mill-Qorti Ġenerali”])
2014/C 282/42
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Appellant: Luigi Marcuccio (Tricase, l-Italja) (rappreżentant: G. Cipressa, avukat)
Appellata: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall, C. Berardis-Kayser u G. Gattinara, aġenti, assistiti minn A. Dal Ferro, avukat)
Suġġett
Appell mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (L-Ewwel Awla) tas-6 ta’ Novembru 2012, Marcuccio vs Il-Kummissjoni (F-41/06 RENV, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra), u intiż għall-annullament ta’ din is-sentenza.
Dispożittiv
1)
L-appell huwa miċħud.
2)
Luigi Marcuccio għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess kif ukoll dawk esposti mill-Kummissjoni Ewropea fil-kuntest ta’ din l-istanza.
(1) ĠU C 71, 09.03.2013
Full & Egal Universal Law Academy