14.4.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 112/30
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Frar 2014 – Mäurer & Wirtz vs UASI – Sacra
(Kawża T-25/13) (1)
([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja verbali 4711 Aqua Mirabilis - Trade mark Komunitarja verbali preċedenti AQUA ADMIRABILIS - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Karattru distintiv tat-trade mark preċedenti - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])
2014/C 112/39
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Mäurer & Wirtz GmbH & Co. KG (Stolberg, il-Ġermanja) (rappreżentanti: T. Schulte-Beckhausen u S. Hühner, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Pohlmann, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Sacra Srl (Venezia, l-Italja)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Awla tal-Bord tal-Appell tal-UASI tat-13 ta’ Novembru 2012 (Każ R 1601/2011-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Sacra Srl u Mäurer & Wirtz GmbH & Co. KG.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Mäurer & Wirtz GmbH & Co. KG hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 7, 9.3.2013.
Full & Egal Universal Law Academy