29.3.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 93/23
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Frar 2014 — dm-drogerie markt vs UASI — Semtee (CALDEA)
(Kawża T-26/13) (1)
(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Talba għal trade mark Komunitarja verbali CALDEA - Trade mark internazzjonali verbali preċedenti BALEA - Raġuni relattiva għal rifjut - Nuqqas ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni - Nuqqas ta’ xebh bejn is-sinjali - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)
2014/C 93/39
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: dm-drogerie markt GmbH & Co. KG (Karlsruhe, il-Ġermanja) (rappreżentanti: O. Bludovsky, B. Beinert u A. Bender, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: P. Geroulakos, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Semtee (Escaldes Engornay, Andorra)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tal-10 ta’ Ottubru 2012 (Każ R 2432/2011-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn dm-drogerie markt GmbH & Co. KG u Semtee.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
dm-drogerie markt GmbH & Co. KG hija kkundannata tbati l-ispejjeż.
(1) ĠU C 86, 23.03.2013.
Full & Egal Universal Law Academy