23.3.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 96/14
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Frar 2015 – Türkiye Garanti Bankasi vs UASI – Card & Finance Consulting (bonus & more)
(Kawża T-33/13) (1)
([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva bonus & more - Trade mark internazzjonali figurattiva preċedenti bonus net - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])
(2015/C 096/17)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Türkiye Garanti Bankasi AS (Istanbul, it-Turkija) (rappreżentant: J. Güell Serra, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: inizjalment minn A. Pohlmann, sussegwentement minn A. Schifko, aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Card & Finance Consulting GmbH (Nuremberg, il-Ġermanja)
Suġġett
Talba għal annullament tad-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tat-12 ta’ Novembru 2012 (Każ R 1890/2011-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Türkiye Garanti Bankasi AS u Card & Finance Consulting GmbH.
Dispożittiv
1)
Id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tat-12 ta’ Novembru 2012 (Każ R 1890/2011-4) hija annullata.
2)
L-UASI għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll l-ispejjeż sostnuti minn Türkiye Garanti Bankasi AS.
(1) ĠU C 86, 23.03.2013.
Full & Egal Universal Law Academy