24.6.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 194/23
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Mejju 2014 – Pedro Group vs UASI – Cortefiel (PEDRO)
(Kawża T-38/13) (1)
([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali PEDRO - Trade mark Komunitarja figurattiva preċedenti Pedro del Hierro - Rifjut parzjali ta’ reġistrazzjoni - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Użu ġenwin mit-trade mark preċedenti - Karattru distintiv għoli tat-trade mark preċedenti - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])
2014/C 194/30
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Pedro Group Pte Ltd (Singapor, Singapor) (rappreżentant: B. Brandreth, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: M. Vuijst u J. Crespo Carillo, aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Cortefiel, SA (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: inizjalment H. Mosback, P. López Ronda, G. Macias Bonilla u G. Marín Raigal, sussegwentement P. López Ronda, G. Macias Bonilla u G. Marín Raigal, avukati)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tas-26 ta’ Novembru 2012 (Każ R 271/2011-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Cortefiel, SA u Pedro Group Pte Ltd.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Pedro Group Pte Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 101, 06.04.2013.
Full & Egal Universal Law Academy