2.3.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 73/24
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Jannar 2015 – Sabores de Navarra vs UASI – Frutas Solano (KIT, EL SABOR DE NAVARRA)
(Kawża T-46/13) (1)
([“Trade mark Komunitarja - proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità (trade marks) - Trade mark verbali Komunitarja KIT, EL SABOR DE NAVARRA - Trade mark Komunitarja figurattiva preċedenti Sabores de Navarra La Sabiduría del Sabor - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b), u Artikolu 53(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Użu ġenwin mit-trade mark preċedenti - Artikolu 15 u Artikolu 57(2) tar-Regolament Nru 207/2009 - Forma li hija differenti b’elementi li jbiddlu l-karattru distintiv”])
(2015/C 073/31)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Sabores de Navarra, AIE (Pampelune, Spanja) (rappreżentanti: J. Calderón Chavero, O. González Fernández u L. Estropa Navarro, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: J. García Murillo u J. Crespo Carrillo, aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Frutas Solano, SA (Calahorra, Spanja) (rappreżentant: E. Manresa Medina, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tas-7 ta’ Novembru 2012 (Każijiet magħquda R 2542/2011 2 u R 2550/2011 2), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Sabores de Navarra, AIE u Frutas Solano, SA.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Sabores de Navarra, AIE hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 86, 23.3.2013.
Full & Egal Universal Law Academy