8.3.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 71/20
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ Jannar 2014 — Goldsteig Käsereien Bayerwald vs UASI — Vieweg (goldstück)
(Kawża T-47/13) (1)
(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva goldstück - Trade mark Komunitarja verbali preċedenti GOLDSTEIG - Raġuni relattiva għal rifjut - Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)
2014/C 71/35
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Goldsteig Käsereien Bayerwald GmbH (Cham, il-Ġermanja) (rappreżentant: S. Biagosch, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Poch, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Christin Vieweg (Sonneberg, il-Ġermanja) (rappreżentant: J. Pröll, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tal-14 ta’ Novembru 2006 (Każ R 2589/2011-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Goldsteig Käsereien Bayerwald GmbH u Christin Vieweg.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud
(2)
Goldsteig Käsereien Bayerwald GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 86, 23.3.2013.
Full & Egal Universal Law Academy