21.12.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 377/15
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Novembru 2013 — Efag Trade Mark Company vs UASI
(Kawża T-52/13) (1)
(Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali FICKEN - Raġuni assoluta għal rifjut - Trade mark li tmur kontra l-ordni pubbliku jew il-prinċipji aċċettati tal-moralità - Artikolu 7(1)(f) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)
2013/C 377/34
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Efag Trade Mark Company GmbH & Co. KG (Schemmerhofen, il-Ġermanja) (rappreżentant: M. Wekwerth, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: D. Walicka, aġent)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tat-18 ta’ Ottubru 2012 (Każ R 493/2012 1), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali FICKEN bħala trade mark Komunitarja.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
Efag Trade Mark Company GmbH & Co. KG hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 101, 06.04.2013.
Full & Egal Universal Law Academy