22.12.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 462/23
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Novembru 2014 – Vans vs UASI (Rappreżentazzjoni ta’ linja mmewġa)
(Kawża T-53/13) (1)
([“Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja figurattiva li tirrappreżenta linja mmewġa - Raġuni assoluta għal rifjut - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Assenza ta’ karattru distintiv miksub permezz tal-użu - Artikolu 7(3) tar-Regolament Nru 207/2009 - Artikolu 76 tar-Regolament Nru 207/2009 - Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009”])
(2014/C 462/35)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Vans, Inc. (Cypress, California, l-Istati Uniti) (rappreżentant: M. Hirsch, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: O. Mondéjar Ortuño, aġent)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-UASI, tal-14 ta’ Novembru 2012 (Każ R 860/2012-5), li tikkonċerna l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ sinjal figurattiv li jirrappreżenta linja mmewġa bħala trade mark Komunitarja.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Vans, Inc. hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 101, 06.04.2013.
Full & Egal Universal Law Academy