23.11.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 389/27
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Settembru 2015 – Appelrath-Cüpper vs UASI
(Kawża T-60/13) (1)
([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva AC - Trade marks nazzjonali u internazzjonali figurattivi preċedenti AC ANN CHRISTINE u Komunitarji figurattivi preċedenti AC ANN CHRISTINE OCEAN u AC ANN CHRISTINE INTIMATE - Raġuni relattiva għal rifjut - Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])
(2015/C 389/28)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Reiner Appelrath-Cüpper Nachf. GmbH (Köln, il-Ġermanja) (rappreżentanti: C. Schumann u A. Berger, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: J. Crespo Carrillo, aġent)
Partijiet oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Ann Christine Lizenzmanagement GmbH & Co. KG (Vjenna, l-Awstrija) (rappreżentanti: M. Hartmann, N. Voß u S. Fröhlich, avukati)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tat-28 ta’ Novembru 2012 (Każ R 108/2012-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Ann Christine Lizenzmanagement GmbH & Co. KG u Reiner Appelrath-Cüpper Nachf. GmbH.
Dispożittiv
1)
Id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tat-28 ta’ Novembru 2012 (Każ R 108/2012-4) hija annullata sa fejn hija tilqa’ parzjalment l-oppożizzjoni magħmula minn Ann Christine Lizenzmanagement GmbH & Co. KG.
2)
L-UASI għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha kif ukoll nofs dawk sostnuti minn Reiner Appelrath-Cüpper Nachf. GmbH.
3)
Ann Christine Lizenzmanagement GmbH & Co. KG għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha kif ukoll nofs l-ispejjeż sostnuti minn Reiner Appelrath-Cüpper Nachf. GmbH għall-finijiet tal-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell.
(1) ĠU C 101, 6.4.2013
Full & Egal Universal Law Academy