28.7.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 245/13
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Ġunju 2014 – Golam vs UASI – Glaxo Group (METABIOMAX)
(Kawża T-62/13) (1)
([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali METABIOMAX - Trade mark Komunitarja verbali preċedenti BIOMAX - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])
2014/C 245/17
Lingwa tal-kawża: il-Grieg
Partijiet
Rikorrenti: Sofia Golam (Ateni, il-Greċja) (rappreżentant: N. Trovas, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: P. Geroulakos, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Glaxo Group Ltd (Greenford, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: G. Ballas u N. Prentoulis, avukati)
Suġġett
Rikors kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tat-30 ta’ Ottubru 2012 (Każ R 2089/2011-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Glaxo Group Ltd u Sofia Golam.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Sofia Golam hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 86, 23.03.2013.
Full & Egal Universal Law Academy