21.12.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 377/15
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Novembru 2013 — Three-N-Products vs UASI — Munindra (AYUR)
(Kawża T-63/13) (1)
(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark Komunitarja verbali AYUR - Trade marks Benelux verbali preċedenti AYUS - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) u Artikolu 53(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)
2013/C 377/36
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Three-N-Products Private Ltd (New Delhi l-Indja) (rappreżentanti: M. Thewes u T. Chevrier, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: V. Melgar, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Munindra Holding BV (Lelystad, il-Pajjiżi l-Baxxi)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tat-23 ta’ Novembru 2012 (Każ R 2296/2011-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Munindra Holding BV u Three-N-Products Private Ltd.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa micħud.
(2)
Three-N-Products Private Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 101, 06.04.2013.
Full & Egal Universal Law Academy