1.9.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 292/41
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Lulju 2014 – Langguth Erben vs UASI (Forma ta’ flixkun ta’ xarba alkoħolika)
(Kawża T-66/13) (1)
([“Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja tridimensjonali - Forma ta’ flixkun ta’ xarba alkoħolika - Raġuni assoluta għal rifjut - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) u (2), Artikolu 75, Artikolu 76(1) u Artikolu 77 tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])
2014/C 292/50
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Franz Wilhelm Langguth Erben GmbH & Co. KG (Traben-Trarbach, il-Ġermanja) (rappreżentanti: R. Kunze u G. Würtenberger, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: G. Marten, G. Schneider u D. Walicka, aġenti)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tat-22 ta’ Novembru 2012 (Każ R 129/2012-1), dwar applikazzjoni għal reġistrazzjoni ta’ sinjal tridimensjonali kkostitwit mill-forma ta’ flixkun ta’ xarba alkoħolika bħala trade mark Komunitarja.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Franz Wilhelm Langguth Erben GmbH & Co. KG għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI).
(1) ĠU C 108, 13.04.2013.
Full & Egal Universal Law Academy