3.11.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 363/29
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Settembru 2015 – Novartis Europharma vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-67/13) (1)
([“Prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem - Awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq għall-prodott mediċinali ġeneriku Zoledronic acid Hospira - zoledronic acid - Perijodu ta’ protezzjoni regolatorja tad-data għall-prodotti mediċinali ta’ riferiment Zometa u Aclasta, li fihom is-sustanza attiva aċtu żoledroniku - Direttiva 2001/83/KE - Regolament (KEE) Nru 2309/93 u Regolament (KE) Nru 726/2004 - Awtorizzazzjoni globali ta’ tqegħid fis-suq - Perijodu ta’ protezzjoni regolatorja tad-data”])
(2015/C 363/37)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Novartis Europharm Ltd (Horsham, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: C. Schoonderbeek, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: K. Mifsud Bonnici u M. Šimerdová, aġenti)
Intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Hospira UK Ltd (Royal Leamington Spa, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: inizjalment N. Stoate u H. Austin, solicitors, J. Stratford, QC, sussegwentement M. Stoate u E. Vickers, solicitors, u J. Stratford)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni ta’ implementazzjoni tal-Kummissjoni C (2012) 8605 finali, tad-19 ta’ Novembru 2012, li tagħti awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq skont ir-Regolament Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għall-prodott mediċinali għall-użu mill-bniedem Zoledronic acid Hospira – zoledronic acid.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Novartis Europharm Ltd għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea u minn Hospira UK Ltd.
(1) ĠU C 101, 6.4.2013.
Full & Egal Universal Law Academy