8.3.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 71/20
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Jannar 2014 — Novartis vs UASI (CARE TO CARE)
(Kawża T-68/13) (1)
(Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali CARE TO CARE - Raġuni assoluta għal rifjut - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)
2014/C 71/36
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Novartis AG (Basel, l-Isvizzera) (rappreżentant: M. Douglas, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: M. Rajh u J. Crespo Carrillo, aġenti)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-Deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tad-29 ta’ Novembru 2012 (Każ R 953/2012-1), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali CARE TO CARE bħala trade mark Komunitarja.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
Novartis AG hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 108, 13.4.2013.
Full & Egal Universal Law Academy