26.1.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 26/25
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ Diċembru 2014 – Boehringer Ingelheim Pharma vs UASI – Nepentes Pharma (Momarid)
(Kawża T-75/13) (1)
([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja verbali Momarid - Trade mark Komunitarja verbali preċedenti LONARID - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Pubbliku rilevanti - Obbligu ta’ motivazzjoni - Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009”])
(2015/C 026/30)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Boehringer Ingelheim Pharma GmbH & Co. KG (Ingelheim, il-Ġermanja) (rappreżentanti: inizjalment V. von Bomhard u D. Slopek, sussegwentement V. von Bomhard, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: L. Rampini, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Nepentes Pharma sp. z o.o. (Varsavja, il-Polonja) (rappreżentanti: C. Bercial Arias, K. Dimidjian-Lecompte u C. Casalonga, avukati)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tat-28 ta’ Novembru 2012 (Każ R 2292/2011-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Boehringer Ingelheim Pharma GmbH & Co. KG u Nepentes S.A.
Dispożittiv
1)
Id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tat-28 ta’ Novembru 2012 (Każ R 2292/2011-4) hija annullata sa fejn tikkonċerna l-“prodotti kimiċi għal użu farmaċewtiku”.
2)
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.
3)
Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
(1) ĠU C 101, 06.04.2013
Full & Egal Universal Law Academy