17.11.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 409/36
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Ottubru 2014 – Laboratoires Polive vs UASI – Arbora & Ausonia (DODIE)
(Kawża T-77/13) (1)
([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali DODIE - Trade mark nazzjonali verbali preċedenti DODOT - Raġuni relattiva għal rifjut - Assenzja ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Setgħa ta’ bidla”])
2014/C 409/51
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Laboratoires Polive (Levallois-Perret, Franza) (rappreżentant: A. Sion, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: P. Geroulakos, aġent)
Partijiet oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Arbora & Ausonia, SL (Barcelona, Spanja) (rappreżentant: R. Guerras Mazón, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tal-31 ta’ Ottubru 2012 (Każ R 1949/2011-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Arbora & Ausonia, SLU u Laboratoires Polive.
Dispożittiv
1)
Id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tal-31 ta’ Ottubru 2012 (Każ R 1949/2011-2), hija annullata.
2)
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.
3)
L-UASI għandu jbati l-ispejjeż rispettivi tiegħu kif ukoll dawk sostnuti minn Laboratoires Polive.
4)
Arbora & Ausonia, SLU għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.
(1) ĠU C 108, 13.04.2013.
Full & Egal Universal Law Academy