23.3.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 96/15
Sentenza tal-Qorti Ġenerali 5 ta’ Frar 2015 – Red Bull vs UASI – Sun Mark (BULLDOG)
(Kawża T-78/13) (1)
([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali BULLDOG - Trade marks internazzjonali u nazzjonali verbali preċedenti BULL u RED BULL - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Identiċità tal-prodotti - Xebh tas-sinjali - Kunċett ta’ xebh kunċettwali - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Artikolu 8(5) tar-Regolament Nru 207/2009”])
(2015/C 096/18)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Red Bull GmbH (Fuschl am See, l-Awstrija) (rappreżentanti: inizjalment minn A. Renck, T. Heitmann, avukati, u I. Fowler, solicitor, sussegwentement minn A. Renck u I. Fowler)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: inizjalment minn F. Mattina, sussegwentement minn P. Bullock, A. Schifko, aġenti, sussegwentement minn D. Walicka u finalment minn M. Schifko)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Sun Mark Ltd (Middlesex, ir-Renju Unit)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tas-16 ta’ Novembru 2012 (Każ R 107/2012-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Red Bull GmbH u Sun Mark Ltd.
Dispożittiv
1)
Id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tas-16 ta’ Novembru 2012 (Każ R 107/2012-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Red Bull GmbH u Sun Mark Ltd, hija annullata.
2)
It-talbiet ta’ Red Bull sabiex Sun Mark tiġi kkundannata għall-ispejjeż huma miċħuda bħala inammissibbli.
3)
L-UASI huwa kkundannat għall-ispejjeż ’OHMI est condamné aux dépens.
(1) ĠU C 108, 13.04.2013.
Full & Egal Universal Law Academy