28.7.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 245/13
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Ġunju 2014 – K-Swiss vs UASI – Künzli SwissSchuh (Strixxi paralleli fuq żarbuna)
(Kawża T-85/13) (1)
([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark Komunitarja figurattiva li tirrappreżenta strixxi paralleli fuq żarbuna - Raġuni assoluta għal rifjut - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]”])
2014/C 245/18
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: K-Swiss, Inc. (Westlake, California, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: R. Niebel u K. Tasma, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: Ó. Mondéjar Ortuño, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Künzli SwissSchuh AG (Windish, l-Isvizzera)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tat-30 ta’ Ottubru 2012 (Każ R 174/2011-2), dwar proċeduri għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Künzli SwissSchuh AG u K-Swiss, Inc.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
K-Swiss, Inc. hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 123, 27.04.2013.
Full & Egal Universal Law Academy