24.8.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 279/32
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Lulju 2015 – CMT vs UASI – Camomilla (Camomilla)
(Kawżi magħquda T-98/13 u T-99/13) (1)
([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade marks Komunitarji figurattivi Camomilla - Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti CAMOMILLA - Raġuni assoluta għal rifjut - Artikolu 52(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Assenza ta’ mala fide tal-proprjetarju tat-trade mark Komunitarja - Raġuni relattiva għal rifjut - Assenza ta’ xebh ta’ prodotti - Assenza ta’ ħsara għar-reputazzjoni - Artikolu 8(1)(b) u (5) tar-Regolament Nru 207/2009 - Artikolu 53(1)(a) tar-Regolament Nru 207/2009”])
(2015/C 279/39)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: CMT Compagnia manifatture tessili Srl (CMT Srl) (Napoli, l-Italja) (rappreżentanti: G. Floridia, R. Floridia, M. Franzoni u G. Rubino, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: L. Rampini, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Camomilla SpA (Buccinasco, l-Italja) (rappreżentanti: A. Tornato u M. Mussi, avukati)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjonijiet tal-Ewwl Bord tal-Appell tal-UASI tad-29 ta’ Novembru 2012 (Każijiet R 1615/2011-1 u R 1617/2011-1), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn CMT – Compagnia manifatture tessili Srl (CMT Srl) u Camomilla SpA.
Dispożittiv
1)
Ir-rikorsi huma miċħuda.
2)
CMT Compagnia manifatture tessili Srl (CMT Srl) hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 141, 18.5.2013.
Full & Egal Universal Law Academy