24.8.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 279/33
Sentenza tal-Qorti Ġenerali 9 ta’ Lulju 2015 – CMT vs UASI – Camomilla (CAMOMILLA)
(Kawża T-100/13) (1)
([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark Komunitarja verbali CAMOMILLA - Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti Camomilla - Raġuni assoluta għal rifjut - Artikolu 52(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Assenza ta’ mala fide tal - proprjetarju tat - trade mark Komunitarja - Provi addizzjonali prodotti quddiem il-Bord tal-Appell”])
(2015/C 279/40)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: CMT Compagnia manifatture tessili Srl (CMT Srl) (Napoli, l-Italja) (rappreżentanti: G. Floridia, R. Floridia, M. Franzosi u G. Rubino, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: L. Rampini, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Camomilla SpA (Buccinasco, l-Italja) (rappreżentanti: A. Tornato u M. Mussi, avukati)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tad-29 ta’ Novembru 2012 (Każ R 1616/2011-1), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn CMT Compagnia manifatture tessili Srl (CMT Srl) u Camomilla SpA.
Dispożittiv
1)
Id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tad-29 ta’ Novembru 2012 (Każ R 1616/2011-1) hija annullata.
2)
L-UASI għandu jbati, minbarra l-ispejjeż tiegħu, dawk sostnuti minn CMT Compagnia manifatture tessili Srl (CMT Srl).
3)
CAMOMILLA SpA għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
(1) ĠU C 141, 18.5.2013
Full & Egal Universal Law Academy