11.1.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 7/17
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Novembru 2015 – Synergy Hellas vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-106/13) (1)
((“Klawżola ta’ arbitraġġ - Sitt u Seba’ Programm Qafas ta’ attivitajiet ta’ riċerka, ta’ żvilupp teknoloġiku u ta’ dimostrazzjoni - Xoljiment antiċipat tal-kuntratti - Aspettattivi leġittimi - Proporzjonalità - Bona fide - Responsabbiltà mhux kuntrattwali - Klassifikazzjoni mill-ġdid tar-rikors - Koeżistenza ta’ talbiet għal kumpens kuntrattwali u mhux kuntrattwali - Sistema ta’ twissijiet bikrija (EWS) - Ksur suffiċjentement serju ta’ dispożizzjoni legali li tagħti drittijiet lill-individwi - Rabta kawżali”))
(2016/C 007/23)
Lingwa tal-kawża: il-Grieg
Partijiet
Rikorrenti: d.d. Synergy Hellas Anonymi Emporiki Etaireia Parochis Ypiresion Pliroforikis (Ateni, il-Greċja) (rappreżentanti: M. Angelopoulos u K. Damis, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: R. Lyal u A. Sauka, assistiti minn de L. Athanassiou u G. Gerapetritis, avukati)
Suġġett
Talbiet għal kumpens kuntrattwali u mhux kuntrattwali mressqa fil-kuntest tal-eżekuzzjoni ta’ diversi kuntratti li l-Kummissjoni kkonkludiet mar-rikorrenti abbażi tas-Sitt u s-Seba’ Programm Qafas ta’ attivitajiet ta’ riċerka, ta’ żvilupp teknoloġiku u ta’ dimostrazzjoni li jikkontribwixxu għall-implementazzjoni tal-ispazju Ewropew tar-riċerka u għall-innovazzjoni.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
d.d. Synergy Hellas Anonymi Emporiki Etaireia Parochis Ypiresion Pliroforikis hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 141, 18.5.2013.
Full & Egal Universal Law Academy