23.2.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 65/31
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Jannar 2015 – Trentea vs FRA
(Kawża T-107/13 P) (1)
((“Appell - Servizz pubbliku - Membri tal-persunal temporanju - Reklutaġġ - Deċiżjoni ta’ ċaħda tal-kandidatura u ta’ ħatra ta’ kandidat ieħor - Aggravju li tqajjem għall-ewwel darba fis-seduta - Żnaturament tal-provi - Obbligu ta’ motivazzjoni - Kontestazzjoni tal-kundanna għall-ispejjeż”))
(2015/C 065/42)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellanti: Cornelia Trentea (Barcelone, Spanja) (rappreżentanti: L. Levi u M. Vandenbussche, avukati)
Parti oħra fil-proċedura: L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali (FRA) (rappreżentanti: M. Kjærum, aġent, assistit B. Wägenbaur, avukat)
Suġġett
Appell ippreżentat mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (L-Ewwel Awla) tal-11 ta’ Diċembru 2012, Trentea vs FRA (F-112/10, ĠabraFP, EU:F:2012:179), u intiż għall-annullament ta’ din is-sentenza.
Dispożittiv
1)
L-appell huwa miċħud.
2)
C. Trentea għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess kif ukoll dawk sostnuti mill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali (FRA) fil-kuntest ta’ din l-istanza.
(1) ĠU C 129, 4.5.2013.
Full & Egal Universal Law Academy