6.2.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 38/23
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Diċembru 2016 – Mondelez UK Holdings & Services vs EUIPO – Société des produits Nestlé (Forma ta’ biċċa ċikkulata)
(Kawża T-112/13) (1)
([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ invalidità - Trade mark tridimensjonali - Forma ta’ biċċa ċikkulata - Raġuni assoluta għal rifjut - Assenza ta’ karattru distintiv - Karattru distintiv miksub bl-użu - Artikolu 7(1)(b) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Artikolu 52(1) u (2) tar-Regolament Nru 207/2009”])
(2017/C 038/30)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Mondelez UK Holdings & Services Ltd, li kienet Cadbury Holdings Ltd (Uxbridge, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: T. Mitcheson, QC, P. Walsh, J. Blum, S. Dunstan, solicitors u D. Byrne, barrister)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: A. Folliard Monguiral, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Société des produits Nestlé SA (Vevey, l-Iżvizzera) (rappreżentanti: inizjalment minn G. Vos, M. Bakker u J. van den Berg, avukati, sussegwentement minn G. Vos, S. Malynicz, QC, T. Scourfield u T. Reid, solicitors)
Suġġett
Rikors kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-11 ta’ Diċembru 2012 (Każ R 513/2011-2), dwar proċedimenti ta’ invalidità bejn Cadbury Holdings u Société des produits Nestlé.
Dispożittiv
1)
Id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tal-11 ta’ Diċembru 2012 (Każ R 513/2011-2) hija annullata.
2)
L-EUIPO għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti minn Mondelez UK Holdings & Services Ltd.
3)
Société des produits Nestlé SA għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
(1) ĠU C 123, 27.4.2013
Full & Egal Universal Law Academy