23.11.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 389/28
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Settembru 2015 – Carafogli vs BĊE
(Kawża T-114/13 P) (1)
((“Appell - Persunal tal-BĊE - Ilment imressaq għal diskriminazzjoni u fastidju psikoloġiku - Deċiżjoni tal-BĊE li jagħlaq l-investigazzjoni amministrattiva miftuħa wara l-ilment - Rifjut ta’ aċċess għal provi matul il-proċedura amministrattiva - Ċaħda ta’ talba sabiex tiġi ordnata l-produzzjoni tal-provi matul il-proċedura ġudizzjarja - Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva - Żball ta’ liġi”))
(2015/C 389/29)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellanti: Maria Concetta Cerafogli (Ruma, l-Italja) (rappreżentant: L. Levi, avukat)
Appellat: Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) (rappreżentanti: F. Feyerbacher u B. Ehlers, aġenti, assistiti minn B. Wägenbaur, avukat)
Suġġett
Appell ippreżentat kontra s-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tielet Awla) tat-12 ta’ Diċembru 2012, Cerafogli vs BĊE (F-43/10, ĠabraSP, EU:F:2012:184), u intiż għall-annullament ta’ din is-sentenza.
Dispożittiv
1)
Is-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tielet Awla) tat-12 ta’ Diċembru 2012, Cerafogli vs BĊE (F-43/10), hija annullata.
2)
Il-kawża hija mibgħuta lura quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku.
3)
L-ispejjeż huma rriżervati.
(1) ĠU C 114, 20.4.13.
Full & Egal Universal Law Academy