17.11.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 409/36
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Ottubru 2014 – Laboratoires Polive vs UASI – Arbora & Ausonia (dodie)
(Kawża T-122/13 u T-123/13) (1)
([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva dodie - Trade marks nazzjonali verbali preċedenti DODOT - Raġuni relattiva għal rifjut - Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])
2014/C 409/52
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Laboratoires Polive (Levallois-Perret, Franza) (rappreżentant: A. Sion, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: P. Geroulakos, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Arbora & Ausonia, SL (Barcelona, Spanja) (rappreżentant: R. Guerras Mazón, avukat)
Suġġett
Żewġ rikorsi kontra żewġ deċiżjonijiet tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tat-28 ta’ Novembru 2012, (Każijiet, rispettivament, R 2324/2011-2 u R 2325/2011-2), dwar żewġ proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Arbora & Ausonia, SLU u l-Laboratoires Polive.
Dispożittiv
1)
Il-Kawżi T-122/13 u T-123/13 huma magħquda għall-finijiet tas-sentenza.
2)
Id-deċiżjonijiet tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tat-28 ta’ Novembru 2012 (Każijiet R 2324/2011-2 u R 2325/2011-2) huma annullati.
3)
L-UASI għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk tal-Laboratoires Polive.
4)
Arbora & Ausonia, SLU għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
(1) ĠU C 123, 27.04.2013.
Full & Egal Universal Law Academy