5.5.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 135/33
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Marzu 2014 – Lardini vs UASI (Tqegħid ta’ fjura fuq pavru)
(Kawża T-131/13) (1)
([“Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja li tikkonsisti fit-tqegħid ta’ fjura fuq pavru - Raġuni assoluta għal rifjut - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])
2014/C 135/41
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Lardini Srl (Filottrano, l-Italja) (rappreżentanti: P. Roncaglia, G. Lazzeretti, F. Rossi u N. Parrotta, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: P. Bullock u N. Bambara, aġenti)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-Deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tat-13 ta’ Diċembru 2012 (Każ R 2578/2011-1), li tikkonċerna talba għar-reġistrazzjoni ta’ sinjal li jikkonsisti fit-tqegħid ta’ fjura fuq pavru bħala trade mark Komunitarja.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Lardini Srl hija kkundannata għall-ispjjeż.
(1) ĠU C 141, 18.05.2013.
Full & Egal Universal Law Academy