9.3.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 81/16
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Jannar 2015 – Pro-Aqua International vs UASI – Rexair (WET DUST CAN’T FLY)
(Kawża T-133/13) (1)
((“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark Komunitarja verbali WET DUST CAN’T FLY - Raġuni assoluta għal rifjut - Nuqqas ta’ karattru distintiv - Karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) u (ċ) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”))
(2015/C 081/20)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Pro-Aqua International GmbH (Ansbach, il-Ġermanja) (rappreżentant: T. Raible, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: M. Rajh u J. Crespo Carrillo, aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Rexair LLC (Troy, Michigan, l-Istati Uniti) (rappreżentant: A. Bayer, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tas-17 ta’ Diċembru 2012 (Każ R 211/2012-2), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Pro-Aqua International GmbH u Rexair LLC.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Pro-Aqua International GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 123, 27.4.2013
Full & Egal Universal Law Academy