15.6.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 198/34
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ April 2015 – Saferoad RRS vs UASI (MEGARAIL)
(Kawża T-137/13) (1)
([“Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali MEGARAIL - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nruo207/2009”])
(2015/C 198/45)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Saferoad RRS GmbH (Weroth, il-Ġermanja) (rappreżentant: C. Czychowski, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Pohlmann, aġent)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tad-9 ta’ Jannar 2013 (Każ R 2536/2011-4), dwar applikazzjoni għal reġistrazzjoni tas-sinjal verbali MEGARAIL bħala trade mark Komunitarja.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Saferoad RRS GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 129, 4.5.2013.
Full & Egal Universal Law Academy