12.1.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 7/32
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Novembru 2014 – Evonik Oil Additives vs UASI – BRB International (VISCOTECH)
(Kawża T-138/13) (1)
((“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja verbali VISCOTECH - Trade marks nazzjonali u internazzjonali verbali preċedenti VISCOPLEX - Prova tal-portata territorjali u tal-validità ta’ trade mark internazzjonali preċedenti - Regola 19(2), u Regola 20(1) tar-Regolament (KE) Nru 2868/95 - Raġuni relattiva għal rifjut - Assenza tal-probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nruo207/2009”))
(2015/C 007/35)
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Partijiet
Rikorrenti: Evonik Oil Additives GmbH (Darmstadt, il-Ġermanja) (rappreżentant: J. Albrecht, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Pohlmann, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: BRB International BV (Ittervoort, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentant: A. Bekema, avukat)
Suġġett
Rikors kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-UASI tad-19 ta’ Diċembru 2012 (Każ R 907/2012-5), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Evonik Degussa GmbH u BRB International BV.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Evonik Oil Additives GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 141, 18.05.2013.
Full & Egal Universal Law Academy