25.8.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 282/33
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Lulju 2014 – Zanjani vs Il-Kunsill
(Kawża T-155/13) (1)
((“Politika barranija u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda kontra l-Iran bil-għan li titwaqqaf il-proliferazzjoni nukleari - Iffriżar tal-fondi - Restrizzjonijiet fuq l- ammissjoni - Rikors għal annullament - Terminu għall-preżentata ta’ rikors - Ammissibbiltà - Obbligu ta’ motivazzjoni - Żball ta’ evalwazzjoni - Modulazzjoni ratione temporis tal-effett ta’ annullament”))
2014/C 282/43
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Babak Zanjani (Dubaj, l-Emirati Arab Magħquda) (rappreżentanti: L. Defalque u C. Malherbe, avukati)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Vitro u M. Bishop, aġenti)
Suġġett
L-ewwel nett, talba għall-annullament, minn naħa, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/829/PESK, tal-21 ta’ Diċembru 2012, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 356, p. 71), sa fejn inkludiet l-isem tar-rikorrent fil-lista li tinsab fl-Anness II tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK, tas-26 ta’ Lulju 2010, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK (ĠU L 195, p. 39), kif ukoll, min-naħa l-oħra, tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1264/2012, tal-21 ta’ Diċembru 2012, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 267/2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 356, p. 55), sa fejn inkluda l-isem tar-rikorrent fil-lista li tinsab fl-Anness IX tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012, tat- 23 ta’ Marzu 2012, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 961/2010 (ĠU L 88, p. 1), u, it-tieni nett, talba għal dikjarazzjoni ta’ inapplikabbiltà tad-Deċiżjoni 2012/829 u tar-Regolament ta’ Implementazzjoni Nru 1264/2012 sa fejn l-Artikolu 19(1)(b) u (c) tad-Deċiżjoni 2010/413 jiġi applikat għalih.
Dispożittiv
1)
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/829/PESK, tal-21 ta’ Diċembru 2012, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran hija annullata sa fejn inkludiet l-isem ta’ Babak Zanjani fl-Anness II tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413, tas-26 ta’ Lulju 2010, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK.
2)
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1264/2012, tal-21 ta’ Diċembru 2012, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 267/2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran, huwa annullat sa fejn inkluda l-isem ta’ B. Zanjani fl-Anness IX tar- Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012, tat- 23 ta’ Marzu 2012, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 961/2010.
3)
L-effetti tad-Deċiżjoni 2012/829 u tar-Regolament ta’ Implementazzjoni Nru 1264/2012 għandhom jibqgħu fis-seħħ f’dak li jikkonċerna lil B. Zanjani, sad-data tal-iskadenza tat-terminu għall-preżentata ta’ appell imsemmi fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 56 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea jew, jekk appell ikun ġie ppreżentat f’dan it-terminu, sakemm jiġi miċħud dan l-appell.
4)
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.
5)
Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jbati, minbarra l-ispejjeż tiegħu, dawk sostnuti minn B. Zanjani.
(1) ĠU C 141,18.05.2013.
Full & Egal Universal Law Academy