25.1.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 27/30
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Novembru 2015 – HK Intertrade vs Il-Kunsill
(Kawżi magħquda T-159/13 u T-372/14) (1)
((“Politika estera u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda kontra r-Repubblika Iżlamika tal-Iran bil-għan li tiġi evitata l-proliferazzjoni nukleari - Iffriżar ta’ fondi - Rikors għal annullament - Terminu għall-preżentata ta’ rikors - Bidu tad-dekorrenza - Ammissibbiltà - Dritt għal smiegħ - Obbligu ta’ notifika - Obbligu ta’ motivazzjoni - Drittijiet tad-difiża - Żball manifest ta’ evalwazzjoni”))
(2016/C 027/34)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: HK Intertrade Co. Ltd (Wanchai, Hong-Kong, iċ-Ċina) (rappreżentanti: J. Grayston, solicitor, P. Gjørtler, G. Pandey, D. Rovetta, N. Pilkington u D. Sellers, avukati)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: V. Piessevaux u M. Bishop, aġenti)
Suġġett
Fil-Kawża T-159/13, l-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/829/PESK, tal-21 ta’ Diċembru 2012, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 356, p. 71), kif ukoll tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1264/2012, tal-21 ta’ Diċembru 2012, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 267/2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 356, p. 55), u, fil-Kawża T-372/14, talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kunsill li tinsab fl-ittra tal-14 ta’ Marzu 2014 intiża għaż-żamma tal-miżuri restrittivi adottati kontra r-rikorrenti.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
HK Intertrade Co. Ltd għandha tbati kemm l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
(1) ĠU C 147, 25.5.2013.
Full & Egal Universal Law Academy