9.11.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 371/22
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Settembru 2015 – First Islamic Investment Bank vs Il-Kunsill
(Kawża T-161/13) (1)
((“Politika barranija u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi kontra l-Iran bl-għan li titwaqqaf il-proliferazzjoni nukleari - Iffriżar ta’ fondi - Żball ta’ evalwazzjoni - Obbligu ta’ motivazzjoni - Drittijiet tad-difiża - Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva - Proporzjonalità”))
(2015/C 371/24)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: First Islamic Investment Bank Ltd (Labuan, il-Malażja) (rappreżentanti: B. Mettetal u C. Wucher-North, avukati)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: Á. de Elera-San Miguel Hurtado u M. Bishop, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament parzjali ta’ parti mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/829/PESK, tal-21 ta’ Diċembru 2012, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 356, p. 71), u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1264/2012, tal-21 ta’ Diċembru 2012, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 267/2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 356, p. 55), u, min-naħa l-oħra, talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kunsill li jżomm il-miżuri restrittivi li jikkonċernaw ir-rikorrenti.
Dispożittiv
1)
Sa fejn jikkonċernaw lil First Islamic Investment Bank Ltd, huma annullati:
—
il-punt I tal-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/829/PESK, tal-21 ta’ Diċembru 2012, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran;
—
il-punt I tal-Anness tar-Regolament ta’ Implementazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1264/2012, tal-21 ta’ Diċembru 2012, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 267/2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran.
2)
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.
3)
First Islamic Investment Bank għandha tbati nofs l-ispejjeż tagħha kif ukoll nofs l-ispejjeż tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea. Il-Kunsill għandu jbati nofs l-ispejjeż tiegħu kif ukoll nofs l-ispejjeż ta’ First Islamic Investment Bank.
(1) ĠU C 141 tat-18/5/2013.
Full & Egal Universal Law Academy