4.3.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 82/23
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Diċembru 2018 – Comune di Milano vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-167/13) (1)
((“Għajnuna mill-Istat - Servizzi ta’ ground handling - Injezzjonijiet ta’ kapital magħmula minn SEA favur Sea Handling - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern u li tordna l-irkupru tagħha - Kunċett ta’ għajnuna - Imputabbiltà lill-Istat - Kriterju ta’ investitur privat - Prinċipju ta’ kontradittorju - Drittijiet tad-difiża - Dritt għal amministrazzjoni tajba - Aspettattivi leġittimi”))
(2019/C 82/24)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrent: Comune di Milano (l-Italja) (rappreżentanti: inizjalment minn S. Grassani u A. Franchi, sussegwentement minn S. Grassani, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Conte u D. Grespan, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1225, tad-19 ta’ Diċembru 2012, rigward l-injezzjonijiet ta’ kapital minn SEA SpA f’SEA Handling SpA ((SA.21420 (C 14/10) (ex NN 25/10) (ex CP 175/06)) (ĠU 2015, L 201, p. 1).
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Il-Comune di Milano huwa kkundannat għall-ispejjeż, inklużi dawk tal-proċedura għal miżuri provviżorji.
(1) ĠU C 129, 4.5.2013.
Full & Egal Universal Law Academy