9.3.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 81/17
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Jannar 2015 – Novomatic vs UASI – Simba Toys (AFRICAN SIMBA)
(Kawża T-172/13) (1)
([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali AFRICAN SIMBA - Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti Simba - Raġuni relattiva għal rifjut - Użu ġenwin mit-trade mark preċedenti - Artikolu 42(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Obbligu ta’ motivazzjoni - Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009 - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009”])
(2015/C 081/21)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Novomatic AG (Gumpoldskirchen, l-Awstrija) (rappreżentant: W. Mosing, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Schifko, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Simba Toys GmbH & Co. KG (Fürth, il-Ġermanja) (rappreżentanti: O. Ruhl u C. Sachs, avukati)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tal-15 ta’ Jannar 2013 (Każ R 157/2012-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Simba Toys GmbH & Co. KG u Novomatic AG.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Novomatic AG hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 141, 18.05.2013.
Full & Egal Universal Law Academy