2.2.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 34/35
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Diċembru 2014 – DTL Corporación vs UASI – Vallejo Rosell (Generia)
(Kawża T-176/13) (1)
([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali Generia - Trade mark Komunitarja figurattiva preċedenti Generalia generación li tiġġedded - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Artikolu 63(2) u Artikolu 75 tar-Regolament Nru 202/2009”])
(2015/C 034/40)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: DTL Corporación, SL (Madrid, Spanja) (rappreżentant: A. Zuazo Araluze, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: J. Crespo Carrillo, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Mar Vallejo Rosell (Pinto, Spanja)
Suġġett
Rikors kontra d-Deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tal-24 ta’ Jannar 2013 (Każ R 661/2012-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Mar Vallejo Rosell u DTL Corporación, SL.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
DTL Corporación, SL hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 156, 01.06.2013.
Full & Egal Universal Law Academy