22.12.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 462/23
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Novembru 2014 – Murnauer Markenvertrieb vs UASI – Healing Herbs (NOTFALL)
(Kawża T-188/13) (1)
([“Trade Komunitarja - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark Komunitarja NOTFALL - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Karattru deskrittiv - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 52(1)(a) u l-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Ugwaljanza fit-trattament”])
(2014/C 462/36)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Murnauer Markenvertrieb GmbH (Egelsbach, il-Ġermanja) (rappreżentanti: F. Traub u H. Daniel, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Poch, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Healing Herbs Ltd (Walterstone, ir-Renju Unit) (rappreżentant: R. Price, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tal-4 ta’ Frar 2013 (Każ R 132/2012-4), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Murnauer Gerbs Ltd u Markenvertrieb GmbH.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Murnauer Markenvertrieb GmbH għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll l-ispejjeż tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) u l-ispejjeż ta’ Healing Herbs Ltd.
(1) ĠU C 156, 1.6.2013.
Full & Egal Universal Law Academy