18.4.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 121/20
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Marzu 2017 – United Parcel Service vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-194/13) (1)
([“Kompetizzjoni - Konċentrazzjonijiet - Regolament (KE) Nru 139/2004 - Servizzi internazzjonali ta’ distribuzzjoni espressa ta’ pakketti żgħar fiż-ŻEE - Akkwist ta’ TNT Espressa minn UPS - Deċiżjoni li tiddikjara l-konċentrazzjoni inkompatibbli mas-suq intern - Effetti probabbli fuq il-prezz - Analiżi ekonometriku - Drittijiet tad-difiża”])
(2017/C 121/28)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: United Parcel Service, Inc. (Atlanta, Géorgie, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: inizjalment A. Ryan, B. Graham, solicitors, W. Knibbeler u P. Stamou, avukati, sussegwentement minn A. Ryan, W. Knibbeler, P. Stamou, A. Pliego Selie, F. Hoseinian u P. van den Berg, avukati)
Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment T. Christoforou, N. Khan, A. Biolan, N. von Lingen u H. Leupold, sussegwentement minn T. Christoforou, N. Khan, A. Biolan u H. Leupold, aġenti)
Parti intervenjenti insostenn tal-parti konvenuta: FedEx Corp. (Memphis, Tennessee, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: inizjalment F. Carlin, barrister, G. Bushell, solicitor, u Q. Azau, avukat, sussegwentement F. Carlin, G. Bushell u N. Niejahr, avukat)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2013) 431, tat-30 ta’ Jannar 2013, li tiddikjara konċentrazzjoni inkompatibbli mas-suq intern u mal-funzjonament tal-ftehim taż-ŻEE (Każ COMP/M.6570 – UPS/TNT Express).
Dispożittiv
1)
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2013) 431, tat-30 ta’ Jannar 2013, li tiddikajara konċentrazzjoni inkompatibbli mas-suq intern u mal-funzjonament tal-Ftehim taż-ŻEE (Każ COMP/M.6570 – UPS/TNT Espressa), hija annullata.
2)
Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata kemm għall-ispejjeż tagħha kif ukoll għal dawk ta’ United Parcel Servizz, Inc.
3)
FedEx Corp. għandha tbati l-ispejjeż proprji tagħha.
(1) ĠU C 147, 25.5.2013.
Full & Egal Universal Law Academy