1.9.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 292/43
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Lulju 2014 – Nanu-Nana Joachim Hoepp vs UASI – Stal-Florez Botero (la nana)
(Kawża T-196/13) (1)
([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva ‘la nana’ - Trade mark nazzjonali verbali preċedenti NANA - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Assenza ta’ użu ġenwin mit-trade mark preċedenti - Artikolu 57(2) u (3) tar-Regolament Nru 207/2009”])
2014/C 292/52
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Nanu-Nana Joachim Hoepp GmbH & Co. KG (Bremen, il-Ġermanja) (rappreżentant: T. Boddien, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Pohlmann, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Lina M. Stal-Florez Botero (Maarsen, il-Pajjiżi l-Baxxi)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-Deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tad-29 ta’ Jannar 2013 (Każ R 300/2012-1), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Nanu-Nana Joachim Hoepp GmbH & Co. KG u Lina M. Stal-Florez Botero.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Nanu-Nana Joachim Hoepp GmbH & Co. KG hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 171, 15.06.2013.
Full & Egal Universal Law Academy