8.8.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 287/18
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Ġunju 2016 – Portugal Telecom vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-208/13) (1)
((“Kompetizzjoni - Akkordji - Swieq tat-telekomunikazzjoni tal-Portugall u ta’ Spanja - Klawżola ta’ nuqqas ta’ kompetizzjoni fis-suq Iberiku inserita fil-kuntratt għax-xiri minn Telefónica tas-sehem ta’ Portugal Telecom fl-operatur Brażiljan ta’ telefonija mobbli Vivo - Protezzjoni legali ‘sa fejn awtorizzat mil-liġi’ - Obbligu ta’ motivazzjoni - Ksur skont is suġġett - Restrizzjoni aċċessorja - Kompetizzjoni potenzjali - Ksur skont l-effetti - Kalkolu tal-ammont tal-multa - Talba għas-smigħ tax-xhieda”))
(2016/C 287/21)
Lingwa tal-kawża: il-Portugiż
Partijiet
Rikorrenti: Portugal Telecom SGPS, SA (Lisbona, il-Portugall) (rappreżentanti: N. Mimoso Ruiz u R. Bordalo Junqueiro, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment C. Giolito, C. Urraca Caviedes u T. Christoforou, sussegwentement C. Giolito, C. Urraca Caviedes u P. Costa de Oliveira, aġenti, assistiti minn M. Marques Mendes, avukat)
Suġġett
Prinċipalment, talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2013) 306 finali, tat-23 ta’ Jannar 2013, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 101 TFUE (Każ COMP/39.839 – Telefónica vs Portugal Telecom), u, sussidjarjament, talba għal tnaqqis fil-multa.
Dispożittiv
1)
L-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2013) 306 finali, tat-23 ta’ Jannar 2013, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 101 TFUE (Każ COMP/39.839 – Telefónica vs Portugal Telecom), huwa annullat sa fejn jiffissa l-ammont tal-multa imposta fuq Portugal Telecom SGPS, SA għal EUR 12 290 000, peress li dan l-ammont ġie ffissat abbażi tal-valur tal-bejgħ stmat mill-Kummissjoni Ewropea.
2)
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.
3)
Portugal Telecom SGPS għandha tbati tliet kwarti mill-ispejjeż tagħha kif ukoll kwart mill-ispejjeż tal-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha tbati tliet kwarti mill-ispejjeż tagħha kif ukoll kwart mill-ispejjeż ta’ Portugal Telecom SGPS.
(1) ĠU C 164, 08.06.2013.
Full & Egal Universal Law Academy