10.6.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 175/40
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ April 2014 – Olive Line International vs UASI (OLIVE LINE)
(Kawża T-209/13) (1)
([“Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva OLIVE LINE - Raġuni assoluta għal rifjut - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])
2014/C 175/54
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Olive Line International, SL (Madrid, Spanja) (rappreżentant: M. Aznar Alonso, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: Ó. Mondéjar Ortuño, aġent)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tal-31 ta’ Jannar 2013 (Każ R 1447/2012-1), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal figurattiv OLIVE LINE bħala trade mark Komunitarja.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Olive Line International, SL hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 178, 22.06.2013.
Full & Egal Universal Law Academy