Kawża T-214/13: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ Lulju 2015 – Typke vs Il-Kummissjoni [“Aċċess għal dokumenti — Regolament (KE) Nru 1049/2001 — Dokumenti dwar il-kompetizzjoni EPSO/AD/230 231/12 — Rifjut impliċitu ta’ aċċess — Rifjut ta’ aċċess — Talba għall-adattament tat-talbiet imressqa fir-replika — Terminu — Irtirar tad-deċiżjoni impliċita — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni — Kunċett ta’ dokument — Ġbir u organizzazzjoni ta’ informazzjoni f’databases elettroniċi”]
C2702015MT2310120150702MT0028231242
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ Lulju 2015 – Typke vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-214/13) ( 1 )
“[“Aċċess għal dokumenti — Regolament (KE) Nru 1049/2001 — Dokumenti dwar il-kompetizzjoni EPSO/AD/230 231/12 — Rifjut impliċitu ta’ aċċess — Rifjut ta’ aċċess — Talba għall-adattament tat-talbiet imressqa fir-replika — Terminu — Irtirar tad-deċiżjoni impliċita — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni — Kunċett ta’ dokument — Ġbir u organizzazzjoni ta’ informazzjoni f’databases elettroniċi”]”2015/C 270/28Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Rainer Typke (Hasbergen, il-Ġermanja) (rappreżentanti: B. Cortese u A. Salerno, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Clotuche-Duvieusart u B. Eggers, aġenti)
Suġġett
Talba għal annullament, minn naħa, tad-deċiżjoni tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kummissjoni tal-5 ta’ Frar 2013, li tiċħad l-ewwel talba għal aċċess tar-rikorrent tad-dokumenti dwar l-eżamijiet ta’ preselezzjoni għall-kompetizzjoni ġenerali EPSO/AD/230-231/12 (AD5-AD7) (Gestdem 2012/3258) u min-naħa l-oħra, tad-deċiżjoni impliċita tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kummissjoni, li huwa kkunsidrat li ttieħdet fit-13 ta’ Marzu 2013, li tiċħad it-tieni talba għal aċċess tar-rikorrent għal dokumenti dwar dawn l-istess eżamijiet (GESTDEM 2013/0068).
Dispożittiv
1)
Ma hemmx iktar lok li tiddeċiedi fuq it-talbiet tar-rikors intiżi għall-annullament tad-deċiżjoni impliċita li tirrifjuta l-aċċess fil-proċedura GESTDEM 2013/0068.
2)
Ir-rikors huwa miċħud għall-bqija.
3)
Rainer Typke huwa kkundannat għall-ispejjeż.
( 1 ) ĠU C 171, 15.6.2013.
Full & Egal Universal Law Academy