14.9.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 302/46
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Lulju 2015 – Deutsche Rockwool Mineralwoll vs UASI – Recticel (λ)
(Kawża T-215/13) (1)
([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ revoka - Trade mark Komunitarja figurattiva λ - Użu ġenwin - Użu bħala parti minn trade mark kumplessa - Prova tal-użu - Artikolu 15 u Artikolu 51(1) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])
(2015/C 302/58)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Deutsche Rockwool Mineralwoll GmbH & Co. OHG (Gladbeck, il-Ġermanja) (rappreżentant: J. Krenzel, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: inizjalment L. Rampini, sussegwentement P. Bullock u N. Bambara, aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Recticel SA (Brussell, il-Belġju)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-UASI tal-4 ta’ Frar 2013 (Każ R 112/2012-15), dwar proċedimenti ta’ kanċellazzjoni bejn Deutsche Rockwool Mineralwoll GmbH & Co. OHG u Recticel SA.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Deutsche Rockwool Mineralwoll GmbH & Co. OHG hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 178, 22.6.2013.
Full & Egal Universal Law Academy