10.11.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 395/43
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Settembru 2014 – B&S Europe vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-222/13) (1)
((“Kuntratti pubbliċi għal servizzi - Proċedura ta’ sejħa għal offerti - Servizzi għal żmien qasir fl-interess esklużiv ta’ pajjiż terz li jibbenefika mill-għajnuna minn barra l-Unjoni - Ċaħda tal-kandidatura - Kriterji ta’ selezzjoni - Kuntratti maqsuma f’partijiet - Proġett ta’ referenza - Obbligu ta’ motivazzjoni - Prinċipju ta’ amminsitrazzjoni tajba - Aspettattivi leġittimi - Prinċipju ta’ imparzjalità - Prinċipju ta’ kontradittorju”))
2014/C 395/53
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Business and Strategies in Europe (B&S Europe) SA (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: L. Bihain u S. Pâques, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment A. Bordes u R. Tricot, sussegwentement R. Tricot, aġenti, assistiti minn A.-M. Vandromme u J. Stuyck, avukati)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni, li tinsab fl-ittri tagħha tal-15 ta’ Frar u tat-2 ta’ April 2013, li jinformaw lir-rikorrenti li hija ma nżammitx fil-lista ta’ kandidati msejħa jipparteċipaw fil-proċedura ristretta ta’ sejħa għal offerti dwar il-lott 7 tal-kuntratt-qafas multiplu relatat mal-provvista ta’ servizzi għal żmien qasir fl-interess esklużiv ta’ pajjiż terz li jibbenefika minn għajnuna minn barra l-Unjoni Ewropea (ĠU 2012/S 105-174077).
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Business and Strategies in Europe (B&S Europe) SA hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 164, 08.06.2013.
Full & Egal Universal Law Academy