8.2.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 48/44
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Diċembru 2015 – Il-Ġreċja vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-241/13) (1)
([“FAEGG - Taqsima ‘Garanzija’ - FAEG u FAEŻR - Infiq eskluż mill-finanzjament - Laħam taċ-ċanga u tal-vitella - Laħam tan-nagħaġ u tal-mogħoż - Tabakk - Artikolu 69 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 - Artikolu 31(2) tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005 - Artikolu 23(1) tar-Regolament (KE) Nru 796/2004”])
(2016/C 048/49)
Lingwa tal-kawża: il-Grieg
Partijiet
Rikorrenti: Ir-Repubblika Ellenika (rappreżentanti: I. Chalkias, S. Papaïoannou u A. Vasilopoulou, aġenti)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Marcoulli u D. Triantafyllou, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/123/UE, tas-26 ta’ Frar 2013, dwar l-esklużjoni mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ta’ ċertu nefqa mġarrba mill-Istati Membri skont it-Taqsima ta’ Garanziji tal-Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija (FAEGG), skont il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u skont il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (ĠU L 67, p. 20), sa fejn teskludi ċertu nfiq imwettaq mir-Repubblika Ellenika.
Dispożittiv
1)
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/123/UE, tas-26 ta’ Frar 2013, dwar l-esklużjoni mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ta’ ċertu nefqa mġarrba mill-Istati Membri skont it-Taqsima ta’ Garanziji tal-Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija (FAEGG), skont il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u skont il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR), hija annullata sa fejn teskludi ċertu nfiq imwettaq mir-Repubblika Ellenika, fis-settur tat-tabakk, fir-rigward tas-sena ta’ talba 2006.
2)
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.
3)
Il Kummissjoni Ewropea u r-Repubblika Ellenika għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.
(1) ĠU C 207, 20.7.2013.
Full & Egal Universal Law Academy