4.5.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 146/36
Sentenza tal-Qorti Ġenerali 18 ta’ Marzu 2015 – Naazneen Investments vs UASI – Energy Brands (SMART WATER)
(Kawża T-250/13) (1)
([“Trade mark - Proċedimenti ta’ revoka - Trade mark Komunitarja verbali SMART WATER - Użu ġenwin - Artkolu 51(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Obbligu ta’ motivazzjoni - Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009”])
(2015/C 146/49)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Naazneen Investments Ltd (Limassol, iċ-Ċipru) (rappreżentanti: P. Goldenbaum, I. Rohr u T. Melchert, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Pohlmann, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Energy Brands, Inc. (New York, New York, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: S. Malynicz, barrister, u D. Stone, solicitor)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tat-18 ta’ Frar 2013 (Każ R 1101/2011-2), dwar proċedimenti ta’ revoka bejn Energy Brands, Inc. u Naazneen Investments Ltd.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Naazneen Investments Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 207, 20.07.2013.
Full & Egal Universal Law Academy